Jitniżżel ajruplan qrib sit nukleari fl-Iran

Il-Forzi Armati Iranjani sparaw u niżżlu ajruplan militari Iżraeljan li kien viċin sit nukleari fl-Iran.
Fi stqarrija fuq is-sit tagħhom, is-suldati Iranjani ma qalux meta niżżlu l-ajruplan, kif ukoll kif kienu jafu li dan kien mill-Iżrael.
Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġgħu f’dan l-inċident.
Filwaqt li negozjar mal-Iran għadu qed isir dwar il-programm nukleari, Tehran qed jinsisti li dan il-programm se jġib il-paċi.
Minkejja dan kritiċi jsostnu li dan qed isir sabiex jinħeba l-fatt li qed jipproduċu armi nukleari.