Jitniedu kalkulaturi onlajn għall-benefiċċji soċjali

Tnieda sett ta’ kalkulaturi onlajn għall-benefiċċji soċjali.
Fi stqarrija, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali nieda erba’ kalkulaturi onlajn biex persuna ssir taf x’rata jista’ jkollha dritt għaliha fejn jidħlu l-benefiċċji tal-allowance tat-tfal, il-benefiċċju ta’ waqt l-impjieg, il-benefiċċju tal-mard u l-benefiċċju tal-qgħad.
Barra minn hekk, żewġ apps oħra se juru r-rati tal-benefiċċji kollha li jipprovdi d-Dipartiment kif ukoll id-dati ta’ meta dawn il-benefiċċji jkunu se jitħallsu.
Apparti dan, il-Ministru qal li fil-ġimgħat li ġejjin, se jitnieda kalkulatur ġdid għall-pensjoni tal-irtirar kif ukoll se jiżdied l-għadd ta’ formoli onlajn li jagħtu spazju lill-pubbliku biex jissottometti t-talba tiegħu għall-benefiċċji.
Għal iktar informazzjoni dwar l-apps tista’ tidħol fis-sit.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott