Jitnieda The Social Innovation Challenge

The Social Innovation Challenge: Enable and Engage tnieda nhar l-Erbgħa f’Middlesea House bħala parti mill-ġimgħa ddedikata għall-Kreattività u l-Innovazzjoni 2016, bil-parteċipazzjoni tas-Segreterju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'diżabilità u Anzjanità Attiva.
Din l-innovazzjoni hija kompetizzjoni ġdida mmirata lejn individwi jew gruppi li jixtiequ jagħtu kontribut fil-qasam tat-anzjanità attiva u d-diżabilità.  Waqt it-tnedija,  Dr Margaret Mangion, lecturer  fl- Istitut Edward de Bono għat-Tfassil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb,spjegat li l-parteċipanti huma meħtieġa li jidentifikaw problema li taffettwa  anzjani jew persuni b’diżabilità. Huma mbagħad irridu joħorġu  b’ soluzzjoni innovattiva għal din il-problema u jwettqu studju għal din is-soluzzjoni.
L-avveniment kien organizzat mill-Istitut Edward de Bono għat-Tfassil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb, b'kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, bl-appoġġ ta’ MAPFRE Middlesea u MSV Life.