Jitnieda r-Rock Hub għad-dilettanti tal-mużika rock

Tnieda l-proġett, Rock Hub li se jara l-ħolqien ta’ rehearsal u performance spaces tal-aqwa għall-artisti u dilettanti tal-mużika rock b’investiment ta’ €1.9 miljuni.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li dan il-proġett mistenni jitlesta f’sentejn u nofs u se jsir fil-binja eżistenti f’Ħal Luqa, proprjetà tal-Kunsill Malti għall-Arti.
Spjega li parti sostanzjali tal-fondi għall-proġett ġew allokati lill-Kunsill Malti għall-Arti fil-baġit għas-sena kurrenti.
Ritratt: DOI: Pierre Sammut