Jitnieda proġett għaż-żgħażagħ biex jonqos l-estremiżmu vjolenti

F’Malta tnieda l-proġett YouthCAN bil-għan li jissaħħu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti ta’ kull forma. 
Youth Civil Activism Network tnediet f’Oslo, fin-Norveġja waqt il-konferenza Youth Against Violent Estremism li saret f’Ġunju 2015.
In-network kien estiż fil-Commonwealth f’Malta bl-għajnuna ta’ Aġenzija Żgħażagħ u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ.  
Għat-tnedija ta’ dan il-proġett is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius qal li din l-inizjattiva waslet f’Malta fi żmien propizju meta qed nesperjenzaw l-effetti devastanti tal-estremiżmu vjolenti.
Żied jgħid li nistgħu nikkonfrontaw u negħlbu l-vjolenza b’mod effettiv bi spirtu ta’ rispett reċiproku, kooperazzjoni u appoġġ.