Jitnieda l-programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020

Read in English.

Bħalma jiġri dejjem, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isir fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta, dis-sena l-Erbgħa 25, il-Ħamis 26 u l-Ġimgħa 27 ta’ Marzu. L-Erbgħa u l-Ħamis mid-9am sal-4pm u l-Ġimgħa mid-9am sa filgħaxija.

L-għan tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus hu li jippromwovi l-letteratura ma’ udjenzi differenti, bħalma huma l-istudenti postsekondarji u terzjarji, u fl-istess ħin joffri spazju lill-pubblikaturi u d-distributuri tal-kotba lokali biex ibigħu u jmexxu l-kotba tagħhom. L-eżebituri għal din l-edizzjoni huma  BDL, Merlin Publishers, Midsea Books/Klabb Kotba Maltin, Horizons, EDE Books, SKS, Faraxa Publishing, Pjattaforma u Infinity Books, li se jkollhom il-kotba għall-bejgħ.

Fost l-attivitajiet ippjanati wieħed jista’ jsib qari minn kotba, intervisti mal-awturi, skrinjar ta’ films letterarji, diskussjonijiet u attivitajiet oħra bħal mawriet iggwidati mal-Librerija tal-Università, mużika live u numru ta’ kollaborazzjonijiet oħra mal-għaqdiet studenteski Għaqda tal-Malti – Università u DESA. Il-mistieden speċjali għal dis-sena hu l-poeta u kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi Amerikan Mark Doty.

Iktar informazzjoni tinsab hawn.