Jitnieda l-proġett ta’ live-in carer

Il-Gvern nieda uffiċjalment il-proġett pilota ta’ live-in carer għall-anzjani, kif kien tħabbar fil-Baġit għal din is-sena.
Minn fond ta’ miljun ewro għall-2016, il-Gvern se jkun qed jissussidja nofs il-paga ta’ carer li tkun taħdem fuq bażi part-time jew full-time u li tgħin lill-anzjan jew anzjana jibqgħu jgħixu fil-komunità.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, spjegat li l-kriterji stabbiliti jinkludu li l-applikant irid ikun ilu fil-lista ta’ stennija ta’ servizzi residenzjali sa qabel it-12 t’Ottubru li għadda, u li l-carer tkun ikkwalifikata.
Justyne Caruana spjegat li l-Gvern se jevalwa l-proġett pilota bil-għan li, ‘il quddiem, jestendih.
L-applikazzjonijiet għas-servizz huma aċċessibbli mis-sit elettroniku www.activeageing.gov.mt
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo