Jitnieda l-proċess biex l-Għawdxin ikunu parti mill-Ispecial Olympics

Waqt is-seminar konsultattiv dwar il-qasam tad-diżabilità f’Għawdex, organizzat mis-Segretarjat Palamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità flimkien mal-Federazzjoni Għawdxija tal-Għaqdiet għall-Persuni b’Diżabilità, tnieda l-proċess biex l-Għawdxin ukoll ikollhom l-opportunità li jkunu parti mill-Ispecial Olympics.
Matul is-seminar ġew diskussa l-liġi tal-ħarsien, ix-xogħol, is-servizzi fil-komunità, l-użu tat-Trusts u l-isports minn diversi esperti.
Is-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità Justyne Caruana ħabbret li sal-aħħar tas-sena se jinfetħu f'Għawdex learning hub għall-persuni b'diżabilità u dar fil-komunità.
Rapprezentant tal-ETC ta dettalji dwar il-proposta mressqa fil-baġit tas-sena l-oħra li permezz tagħha ser jinħolqu 80 impjieg għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex.