Jitnieda l-Premju Anzjanità Attiva

Ilum tnieda il-Premju Anzjanità Attiva, li se jkun qed jissejjaħ hekk għall-ewwel darba minflok dak li kien il-Premju Anzjan tas-Sena.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Dr Justyne Caruana nediet dan il-premju għal din is-sena waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex, fejn ġew mistednin għal din il-konferenza il-membri tal-bord tal-għażla.
Il-bord tal-għażla, immexxi mill-Professur Carmel Borg, se jkun jikkonsisti minn Bernardette Psaila, Joe Dimech, Cynthia Formosa, Narcy Calamatta, il-Kavallier Joe Attard, Rebecca Gatt, Simone Cini, u rappreżentant mis-Sergretarjat Parlamentari bħala Segretarju ta’ dan il-bord.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li l-formoli tan-nomini se jkunu jistgħu jinkisbu mis-sit uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari www.activeageing.gov.mt, mill-Kunsilli Lokali, jew mill-uffiċini tas-Segretarjat Parlamentari stess.
Iż-żmien biex tintefa’ nomina se jagħlaq fit-12 ta’ Settembru 2014.