Jitnieda ktieb ġdid dwar Manwel Dimech

Se jitnieda ktieb, verżjoni qasira tal-ħajja ta’ Manwel Dimech bil-Malti, illustrat b’ritratti ta’ Dimech u dokumenti marbuta mal-eżilju.
Dan hekk kif din is-sena se tkun iċċelebrata s-96 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech, li jitqies bħala wieħed mill-aktar ewlenin fost l-akbar personaġġi nazzjonali.
Waqt l-attività ta’ ċelebrazzjoni se jitkellmu l-Prim Ministru Joseph Muscat u Patri Mark Montebello, li kiteb ktieb ġdid dwar Dimech.
Iċ-ċelebrazzjoni se ssir nhar it-Tnejn 17 t’April f’Misraħ Kastilja fis-6pm.