Jitnieda fond ta’ €21 miljun għal familji li jinvestu f’panelli fotovoltajċi

L-Awtorità Maltija għar-Riżorsi nediet fond ta’ €21 miljun biex tgħin lil familji li jixtiequ jinvestu f’panelli fotovoltajċi.

Madwar 8,400 familja mistennij jgawdu minn dan il-fond, li huwa kompletament finanzjar mill-Unjoni Ewropea.

Familji Maltin u Għawdxin se jkunu jistgħu jixtru panelli tax-xemx sussidjati sa nofs prezz, u kull familja tingħata massimu ta’ €2,500.

Il-Ministru għar-Riżorsi George Pullicino qal li l-prezz tal-panelli raħas, u s-sussidju massimu jirrifletti dan.

Qal li 6,000 familja bbenefikaw minn skemi simili, b’valur ta’ €15 million f’sussidji.

L-iskema se tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Ministru Pulliċino qal ukoll li l-Gvern qed iħares lejn il-Magħtab f’Malta u l-Qortin f’Għawdex bħala zoni fejn jistgħu jinbnew impjanti biex tintuża l-enerġija mix-xemx. Qal li qed isiru studji fuq dan is-suġġett.