Jitnieda direttorju onlajn tad-deliveries f’Għawdex

Read in English.

Ġie mniedi direttorju onlajn ta’ supermarkets u ħwienet tal-ikel li joffru kunsinni bla ħlas f’Għawdex. Dan bil-għan, fis-sitwazzjoni preżenti, biex jitnaqqas il-volum ta’ nies li qed jirrikorru fil-ħwienet tal-merċa u anki biex ikun ta’ servizz għall-anzjani u persuni vulnerabbli biex ma jkollhomx għalfejn joħorġu minn darhom.

foodstoresgozo.com huwa l-ideat ta’ Christian Mejlak li jgħid li ried joħloq għodda biex tipproteġi lill-anzjani milli jkollhom imorru għal ħwienet tal-merċa u supermarket.

Il-websajt hi aċċessibbli minn hawn.