Jitneħħew wara 21 sena

Mal-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tneħħew it-traffic lights tal-Marsa li kienu ġew installati fl-1997.

Fi tweet, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dawn it-traffic lights qatt ma nbidlu u kienu saru ta’ problema. Huwa qal li meta ma jkunx hemm investiment infrastrutturali l-familji kif ukoll in-negozji jbatu.

Kompla li bħala Gvern mhux se jħallu din is-sitwazzjoni terġa’ tiġri. Il-Ministru qal li madwar 500 miljun persuna użaw dawn it-traffic lights tul dawn l-aħħar 21 sena.  Bħalissa hemm traffic lights u karreġġjati temporanji.