Jitneħħew miżati għal żjarat fl-impjant tar-RO ta’ Pembroke

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma avżat li, b’effett immedjat, neħħiet il-miżati kollha applikabbli għal żjarat li jsiru fl-impjant tar-reverse osmosis f’Pembroke.
Minflok, flus li jinġabru minn għotjiet se jiġu mgħoddija lill-karità.
Il-Korporazzjoni qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet bħala parti mill-viżjoni u l-istrateġija tar-Responsabiltà Soċjali Korporattiva.
Fl-istess ħin, talbet għall-appoġġ tal-viżitaturi.