Jitneħħa l-kappillan ta’ Santu Wistin il-Belt; investigat mill-Pulizija

Facebook - Deo Debono

Read in English.

Il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin Patri Deo Debono tneħħa mill-kariga tiegħu sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet tal-pulizija li qed isiru dwaru.

Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li dan sar bi qbil li sar bejn il-Provincjal tal-Patrijiet Agostinjani Patri Leslie Gatt u l-Arċisqof Charles Scicluna.

Skont rapporti fil-midja, Patri Debono se jkun qed jiġi mressaq il-Qorti akkużat li kien involut f’serqa ta’ arti sagra b’valur ta’ €100,000.

Ġie deċiż ukoll li Patri Debono OSA ma jeżerċitax il-ministeru saċerdotali fil-pubbliku “sakemm jibqgħu pendenti l-investigazzjonijiet tal-pulizija u kwalunkwe proċedura quddiem il-Qrati Civili.”

Skont l-Arċidjoċesi, dan sar b’rabta “mal-allegazzjonijiet li ġew irrappurtati fil-media fil-konfront tal-istess patri.”

Skont sorsi tat-TVM, Patri Deo Debono ammetta mal-Pulizija l-involviment tiegħu fis-serq u l-kummerċ illegali ta’ xogħlijiet artistiċi. Huwa jinsab fuq police bail.