Jitnaddaf Wied Mselliet mit-terrapien

Wied ta’ Mselliet fl-Imġarr

AmbjentMALTA u Wasteserv, b’kordinament mal-Malta Developers Association (MDA), bdew ħidma fil-Wied ta’ Mselliet fl-Imġarr biex jitneħħa ammont konsiderevoli ta’ materjal ta’ kostruzzjoni inklużi ġebel, briks, terrapien u oġġetti oħra li ntremew ftit tal-ġranet ilu. Hu stmat li se jinħarġu 15-il trakk ta’ materjal.

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera qal li, “l-azzjonijiet li qed nieħdu huma xprunati mill-impenn tagħna kontra l-qerda tal-pajsaġġi u tal-ambjent ta’ pajjiżna. Mhux aċċettabbli li l-widien u l-ispazji naturali jispiċċaw mimlija skart ta’ kull tip”.