
Ħaddiema tal Protezzjoni Ċivili Taljani naddfu qiegħ ix-xmara wara d-dulluvju tal-jiem li għaddew f’Kalabrija, li ħasad il-ħajja ta’ 11-il persuna.
Il-vittmi tal-għargħar fil-Wied ta’ Raganello fil-Park Nazzjonali ta’ Pollino, kienu kollha Taljani.
23 persuna ġew salvati minn qalb l-ilmijiet, ġebel u tajn. Tliet persuni li kienu maħsuba mitlufa issa nstabu, u għalhekk jidher li m’hemm ħadd nieqes. Madanakollu t-tfittxijiet għadhom għaddejjin minħabba li l-wied miftuħ għal pubbliku .