Jitlob skuża wara li qal li Adolf Hitler ma użax armi kimiċi

Is-Segretarju għall-White House responsabbli mill-midja,Sean Spicer talab apoloġija wara li qal li d-dittatur Adolf Hitler ma użax armi kimiċi.
Huwa għadda dan il-kumment biex jagħmel distinzjoni bejn il-President Sirjan Bashar al-Assad u Adolf Hitler.
Fl-Olokawst kien intuża l-gass biex jinqatlu l-Lhud u persuni oħrajn.
Spicer qal li bi żball uża referenza insensittiva  u mhux f’postha dwar l-Olokawst.
Minkejja dan huwa ġie kkritikat minħabba li fl-apoloġija tiegħu rrefera għall-kampijiet tal-konċentrament bħala “ċentri tal-Olokawst”.
Huwa għadda l-kumment waqt li kien qed jikkritika l-appoġġ li r-Russja tat lill-Gvern Sirjan.Dan hekk kif il-White House qalet lir-Russja kienet qed tipprova xxekkel il-ħtija tal-attakk bl-armikimiċi li qatel 89 persuna.