Jitlob skuża lil dawk li qatel u weġġa’ waqt li ġie kkundannat għall-mewt

Iż-żagħżugħ li ngħata sentenza tal-mewt dwar l-attakki fil-maratona ta’ Boston fl-Istati Uniti fl-2013, għall-ewwel darba skuża ruħu mal-vittmi.
Dzhokhar Tsarnev ta’ 21 sena kien ammetta r-responsabbiltà tal-attakki li kienu ħallew erba’ persuni mejta u 260 oħra midruba.
Quddiem il-Qorti Federali, Tsarnev qal li ddispjaċih tal-persuni li qatel, u li weġġa’ lil tant oħra.
Ilbieraħ Tsarnev ingħata s-sentenza formali mill-Imħallef wara li x-xahar li għadda ngħata sentenza tal-mewt.