Jitlob kumpens talli ġie arrestat intortament

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena li kien akkużat b’serq intortament il-ġimgħa li għaddiet, dalgħodu fetaħ rikors il-qorti u talab kumpens.

Darryl Luke Borg qal li qatt ma kellu jinżamm arrestat għax ma kienx hemm biżżejjed provi kontrih.

Borg kien imressaq il-qorti u nżamm arrestat għal tlett ijiem fuq każ ta’ serqa li seħħet f’ħanut Birkirkara. Ilbieraħ, il-pulizija waqqgħet kull akkuża kontra Borg.

Jumejn wara li tressaq Borg, il-pulizija arrestat lil żagħżugħ ieħor li ammetta li wettaq ir-reat.