Jitlob kumpens ta’ €26,000 lil kumpanija finanzjarja

Armel ta’ 78 sena miż-Żejtun ressaq protest ġudizzjarju kontra kumpanija finanzjarja fejn qed jitlob kumpens ta’ aktar minn €26,000.
L-anzjan ressaq il-protest ġudizzjarju wara investigazzjoni li saret mill-MFSA fuq l-iskema ta’ investimenti li kien ġie offrut.
Il-protest ġudizzjarju jgħid li t-telf li kellu l-anzjan kien riżultat ta’ negliġenza min-naħa tal-kumpanija finanzjarja.
Huwa qed isostni li l-firem tiegħu u ta’ martu li hemm fuq dokument bit-termini tal-kuntratt inġiebu b’qerq u li qatt ma ngħata kopji ta’ dan id-dokument.