Jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq Reġjonali

Infrastructure Malta / Facebook

Infrastructure Malta ħabbret li x-xogħol ta’ asfalt fi Triq Reġjonali tlesta, u b’hekk it-triq issa se terġa’ tkun miftuħa wara li din il-ġimgħa kienet qed tingħalaq bejn il-5pm u l-5am kuljum. Dan ħoloq ħafna traffiku fl-akkwati.

Aqra: Triq Reġjonali se tingħalaq kuljum filgħaxija

Fuq Facebook, l-entità qalet li nfetħu sitt korsiji ġodda u junctions b’konnessjonijiet iżjed siguri. Fadal biss l-aħħar tentufiet, fosthom il-linji tal-korsiji.

Aqra: Il-proġett ta’ Triq Reġjonali wasal fi tmiemu

Qalet ukoll li b’dawn it-tibdiliet, issa hemm inqas riskji ta’ inċidenti u l-ivvjaġġar għandu jkun iżjed effiċjenti.