Jitlesta x-xogħol ta’ titjib fi triq rurali fix-Xewkija

Ritratt: MESDC_PS

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri qal li tlesta x-xogħol it-Triq tal-Ħorob fix-Xewkija Għawdex, u li għaliha l-Kunsill Lokali rċieva għotja ta’  kważi €170,000.

Spjega li dan l-iffinanzjar jaqa’ taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali għal Malta fejn qal li bosta toroq rurali f’Għawdex qed jiġu mtejba. Clint Camilleri sostna li 1,4434 bidwi se jkunu qed igawdu minn investiment totali ta’ €6.6 miljun.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja kompla jgħid li dawn l-investimenti jżidu l-effiċjenza tal-bdiewa, fost l-oħrajn billi issa se jkollhom aċċess aħjar għar-raba’, billi jtejjeb il-kontribut tal-għelieqi tagħom u għaż-żamma tal-ħamrija u l-bijodiversità.