Jitlesta l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima

DOI: Jason Borg

Triq il-Ferrovija l-Qadima li taqsam minn Ħal Balzan għal Birkirkara nbniet mill-ġdid.

Fost il-bidliet li saru, saru iżjed minn żewġ kilometri cables u pajpijiet taħt l-art għas-servizi tal-ilma, tat-telekomunikazzjoni u tal-internet. Saru pedamenti ġodda, kilometru u nofs ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat tat-triq, u s-service road li hemm fuq waħda min-naħat tat-triq fuq ix-xaqliba ta’ Ħal Balzan fejn it-triq tmiss ma’ Vjal De Paule, inbniet mill-ġdid.

Ma’ din it-triq jinfdu madwar 11-il triq oħra.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg spjega li peress li għexieren ta’ toroq ġew ikkuntrattati matul din is-sena u qed isiru għall-ewwel darba, dawn ikollhom jinbnew kompletament mill-qiegħ.