€100,000 għal tisbiħ f’centre strip f’Ħaż-Żebbuġ

DOI: Jason Borg

Read in English.

Il-Ġnien Santa Marija f’Ħaż-Żebbuġ ġie riġenerat b’madwar €100,000 sabiex sar xogħol ta’ konkos, tqegħid ta’ pavimentar, sistema ta’ dwal u anke xi manutenzjoni fuq ix-xelter tal-karozzi tal-linja preżenti.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg żar l-ispazju rikreattiv ġdid ilbieraħ. Dan sar b’ħidma tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

DOI: Jason Borg

Il-proġett innifsu kellu l-għan li jsebbaħ il-madwar f’din il-parti tar-raħal filwaqt li joħloq spazju żgħir ta’ rikreazzjoni fejn il-komunità tista’ tiltaqa’.