Jibqa’ dieħel f’arblu u jispiċċa bi ġrieħi gravi

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li daħal ġo arblu fil-Mosta.
L-inċident seħħ fl-4pm fi Triq id-Difiża Ċivili.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li r-raġel ta’ 44 sena mir-Rabat tilef il-kontroll tat-trakk li kien qed isuq u baqa' dieħel ġo arblu.

Ritratt: arkivji