Ritratti: Jitlef il-kontroll tal-vann u jidħol f’ħajt

Żagħżugħ ta’ 24 sena ttieħed Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li ż-żagħżugħ, li joqgħod Birkirkara, kien qed isuq vann xħin tilef il-kontroll, tela’ fuq il-bankina u baqa’ dieħel f’ħajt tas-sejjieħ.
L-inċident seħħ fi Triq San Tumas għall-ħabta tas-6.45am, u membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom imorru fuq il-post biex jaqilgħu liż-żagħżugħ mill-vann.
Sa issa għad m’hemmx informazzjoni dwar il-qagħda tiegħu.
Ritratt: Pierre Falzon Ronayne