Aġġornata: Jitlef il-kontroll tal-mutur; iweġġa’ gravi

Ir-raġel ta’ 26 sena dalgħodu li tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq il-Kosta ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fil-11:05am, ir-raġel residenti l-Gżira tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u baqa’ dieħel fil-barriers.
Kawża ta’ dan l-inċident, it-triq ingħalqet temporanjament għal xi ħin. Madanakollu, it-triq tinsab miftuħha għat-traffiku normali.