Jitlef il-kontroll tal-mutur; jindarab gravi

Raġel li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu llum waranofsinhar indarab gravi.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fin-12.30pm fi Vjal Sant Luċija, Paola. Ir-raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar indarab wara li tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.