Raġel weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq f’Birżebbuġa.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ ilbieraħ fit-7.45pm fi Triq Ħal Far. Jidher li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Ir-raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Balzan ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post. Hu mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Hu ġie ċċertifikat li ndarab gravi.