Jitlef il-kontroll tal-mutur fil-Mellieħa; jweġġa’ gravi

Raġel li tilef il-kontroll tal-mutur hu u jsuq fil-Mellieħa weġġa’ gravi.

Dan ġie kkonfermat fi stqarrija mill-Pulizija fejn intqal li l-inċident seħħ fis-12.45pm fi Triq Sir Walter Wettinger. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 35 sena mill-Olanda u residenti l-Imsida.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.