Jitlef il-kontroll tal-mutur fi Triq l-Imdina; jittieħed l-isptar

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u ħabat f’karozza li kiene tipparkajata.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq l-Imdina fir-Rabat.

Is-sewwieq tal-mutur, li hu minn Ħaż-Żebbuġ ġarrab ġrieħi ħfief.