Aġġornata: Żagħżugħ iweġġa’ gravi f’inċident fir-Rabat

Żewġ persuni ġarrbu xi ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fir-Rabat
L-inċident seħħ għal ħabta tat-8.30pm fi Triq l-Infetti, l-Imdina meta s-sewwieq tal-Honda Civic tilef il-kontroll tal-karozza.
Kemm is-sewwieq kif ukoll il-passiġġier ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.  Hemmhekk ġie ċċertifikat li s-sewwieq ta' 20 sena qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-passiġġier, ta' 22 sena, ma sofra ebda ġrieħi.

Ritratt: The Malta Police Force