Jitlef il-kontroll tal-karozza u jaqa’ f’serra f’Ħal Qormi

Żagħżugħ ta’ 27 sena  minn Marsaxlokk tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.10pm fil-Bypass tal-Imrieħel fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi
Mal-waqgħa, il-karozza spiċċat f’serra ta’ nursery tal-pjanti taħt il-livell tat-triq.
Fuq il-post issejħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Hu ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi qed jinvestigaw l-inċident.
Ritratt: Sezzjoni tat-Traffiku tal-Pulizija (PC 121)