Aġġornata: Jaħbat ġo barrikata; iweġġa’ gravi

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu waqt li kien qed isuq f’Aldo Moro kmieni dalgħodu. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fl-4.30am.

Iż-żagħżugħ li għandu 25 sena baqa’ dieħel ġo xi barrikati tal-ġebel li hemm fit-triq, fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.