Aġġornata: Jitlef il-kontroll, jaħbat ma’ żewġ karozzi pparkjati u jinqaleb

Raġel ittieħed l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-vann li kien qed isuq, ħabat ma’ żewġ karozzi pparkjati u nqaleb.
L-inċident seħħ fid-9:15am fi Vjal il-Labour fin-Naxxar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza medika li ħadet lir-raġel Mater Dei.
Huwa ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.