Jitlef il-kontroll fil-Qrendi; iweġġa’ gravi

Kmieni dalgħodu żagħżugħ indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat ma’ karozza pparkjata fil-Qrendi.

L-inċident seħħ fl-4.30am fi Triq it-Tempesta u fih kien involut żagħżugħ ta’ 21 sena. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ fl-Isptar Mater Dei.