Aġġornata: Jitlef il-kontroll bil-mutur; iweġġa’ gravi

Puluzija

Raġel weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-6.15am fil-parkeġġ taċ-ċimiterju tal-Addolorata. Ir-raġel ta’ 34 sena mill-Mosta baqa’ dieħel fi trailer wara li tilef il-kontroll. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.