Jitlef il-kontroll bil-mutur; iweġġa’ gravi

Ġrieħi gravi wara li tilef il-kontrol bil-mutur

Raġel ta’ 20 sena mill-Imsida, tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu waqt likien qed isuq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.20pm fi f’Tul il-Kosta n-Naxxar.

Kelliem għall-pulizija qal li fuq il-post marru l-pulizija tad-distrett kif ukoll ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Huwa ġie ċċerfitikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.