Jitlef ħajtu sewwieq taż-żwiemel ftit wara li tellaq

Facebook - Frans Bugi Tanti

Sewwieq taż-żwiemel miet ftit wara li kien qiegħed itellaq bid-debba tiegħu fil-korsa tal-Marsa.

Frans Tanti li kien magħruf bħala ‘Il-Buġi’ miet għall-ħabta tal-4.30pm fi Triq il-Belt Valletta Ħal Qormi.

Kelliem għall-pulizija qal li r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post u nfetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Intant il-Malta Racing Club waslet il-kondorjanzi tagħha lill-familja għat-telfa ta’ Frans Tanti.