Jitlef ħajtu r-raġel li nhar it-Tlieta ħabat f’Santa Venera

Tilef ħajtu r-raġel ta’ 52 sena residenti l-Marsa, li nhar it-Tlieta filgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.

Fl-inċident, ir-raġel tilef il-kontroll tal-karozza u daħal fil-ħajt tal-akwadott. Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jintervjenu biex joħorġu lir-raġel mit-tifrik.

Hu miet fl-isptar Mater Dei matul il-lejl.