Jitlef ħajtu r-raġel li waqa’ minn fuq sellum fil-Belt Valletta

L-Ghaqda Festa Madonna tal-Karmnu

Read in English.

Miet ir-raġel ta’ 58 sena li nhar it-Tnejn waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed ineħħi pavaljun. Nies qrib ir-raġel qalu ma’ Newsbook.com.mt li kellu attakk tal-qalb li wassal għall-inċident.

L-inċident seħħ fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, għall-ħabta tad-9pm. Ir-raġel kien residenti l-Belt Valletta stess.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ftit wara kien iċċertifikat li qed jissielet għal ħajtu. Propju llum, il-Pulizija ħabbru li r-raġel miet fl-Isptar Mater Dei.

Intant, permezz ta’ post fuq Facebook, l-Għaqda tal-Pawlini ħabbret li r-raġel li miet huwa Mario Mintoff. Huma appellaw għat-talb għall-familja ta’ Mintoff fid-dawl ta’ mument diffiċli.

Tħabbret il-mewt ta' Mario Mintoff – li weġġa' b'inċident waqt iż-żarmar tal-pavaljuni fi Triq ir-Repubblika. San Pawl…

Posted by Għaqda tal-Pawlini, A.D. 1970 – Valletta on Wednesday, August 26, 2020

Intant, l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu wasslet il-kondoljanzi lill-Komunità Agostinjana għat-telfa ta’ Mario Mintoff.

L-Ghaqda Festa Madonna tal-Karmnu twassal il-kondoljanzi lill-Komunità Agostinjana ghat-telfa tal-ghaziz Mario…

Posted by Festa Madonna tal-Karmnu Valletta on Wednesday, August 26, 2020