Imut eks kunsillier u eks pulizija

Alex Grech, eks kunsillier f’San Ġiljan u eks membru tal-korp tal-pulizija miet wara li kien għaddej minn żmien diffiċli.

Fuq Facebook sellem il-memorja tiegħu l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, li fih Grech kien kunsillier fil-leġiżlatura ta’ bejn l-2012 u l-2015. Huma rringrazzjawh tal-ħidma tiegħu.

Is-Sindku, s-Segretarju Eżekuttiv, il-Kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill Lokali San Ġiljan, isellmu l-memorja tal-eks…

Posted by Kunsill Lokali San Ġiljan on Thursday, July 11, 2019

Clayton Luke Mula, il-Viċi Sindku, qal li Grech kien bniedem ta’ kuraġġ għal ħaddieħor minkejja li kien għaddej minn żmien diffiċli. Qal li kien jitkellem miegħu ta’ spiss peress li kienu joqogħdu faċċata ta’ xulxin.

Tħabbret il-mewt tal-eks Kunsillier Lokali fil-Kunsill Lokali San Ġiljan u eks membru fil-Korp tal-Pulizija Alex…

Posted by Clayton Luke Mula on Thursday, July 11, 2019