Anzjan jitlef ħajtu fil-bajja ta’ Marsalforn

Kmieni waranofsinhar, miet anzjan fil-bajja ta’ Marsalforn waqt li kien qed jgħum. Filwaqt li l-kundizzjoni tal-baħar kienet tajba għall-għawm, il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhux magħrufa.

Minkejja l-għajnuna ta’ tabib li inzerta kien fil-viċin, kif ukoll dik tal-lifeguards tal-Emergency Response and Rescue Corps, l-anzjan tilef ħajtu. 

Illum kien it-tieni jum ta' xogħol mill-lifeguards mill-ERRC fil-bajja ta' Marsalforn.