Jitlaq minn fuq il-post kiesaħ u biered u jħalliha feruta

Il-Pulizija qed tinvestiga raġel li nhar il-Ħamis li għadda ħa l-kelb miegħu f’ħanut fil-Gżira.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ f’ħanut fi Triq il-Gżira fejn il-kelb li kien marbut u miżmum minn sidu ħebb għal wiċċ mara waqt li dan kien qed jixtri mill-istess ħanut.
Il-Pulizija kkonfermat li għaddejja bl-investigazzjonijiet biex jinstab dan ir-raġel li wara li l-kelb ħebb għall-mara baqa’ ħiereġ mill-ħanut kiesaħ u biered.
Kull min ikollu xi informazzjoni għandu jċempel l-Għassa tal-Imsida.