Read in English.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar żieda fl-ammont li fuqu ma jitħallasx VAT minn ħaddiema li joffru servizzi.
Qal li issa l-ammont massimu ta’ turnover annwali qed jitla’ minn €14,000 għal €20,000. Il-Ministru Scicluna semma kif meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, iridu jgawdu wkoll minnha l-ħaddiema li jagħtu kontribut żgħir fid-dinja tax-xogħol, fosthom pensjonanti li jaħdmu biss ftit sigħat fil-ġimgħa.
Semma kif biex il-Gvern wettaq din il-miżura, kellu jitlob il-permess tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Scicluna qal li bħalissa hemm ftit inqas minn 16,000 persuna li huma eliġibbli għal din l-eżenzjoni mit-taxxa, sakemm ma jaqbżux it-turnover totali ta’ €14,000.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo