Jitla’ għal aktar minn 320 l-għadd ta’ nies mejta fil-Kajr

Kundanna mill-Ġnus Magħquda u internazzjonali hekk kif fil-Kajr fl-Eġittu, ġie rrapurtat li mill-anqas 327 persuna nqatlu fi ġlied li kien hemm bejn il-partitarji tal-eks mexxej Eġizzjan Mohammed Morsi u l-forzi tas-sigurtà.  

Stat ta’ Emerġenza u kerfju kien iddikjarat f’diversi bliet Eġizzjani. Il-kapitali il-Kajr dalgħodu kienet irrapurata kwieta.

Sadanittant, is-Segretarju ta’ l-Istat Amerikan John Kerry iddeplora l-avvenimenti u qal li dawn kienu daqqa ta’ ħarta lill-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni.

Il-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Catherine Ashton u s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Ban Ki Moon ukoll ikkritikaw l-użu tal-forza.