Jitla’ għal 66 l-għadd ta’ persuni li nqatlu mit-tifun fil-Ġappun

Men clean up a shop in the aftermath of Typhoon Hagibis, which caused severe floods, near the Chikuma River in Nagano Prefecture, Japan, October 14, 2019. REUTERS/Kim Kyung-Hoon

L-għadd ta’ persuni li nqatlu fil-Ġappun wara wieħed mill-agħar tifuni li ħakmu lill-pajjiż tela’ għal 66. Il-ħaddiema tas-salvataġġ qed ikomplu jaħdmu fiż-żoni milquta sabiex jinstabu l-persuni li għebu. Madanakollu t-tama li dawn jinstabu ħajjin dejjem qed tonqos. Intant eluf ta’ djar għadhom mingħajr elettriku.

15-il persuna għadhom neqsin tliet ijiem wara li t-tifun Hagibis ħakem iċ-ċentru u l-Lvant tal-Ġappun, skont NHK. Aktar minn 200 persuna ndarbu kawża tal-maltemp.

Madwar 138,000 dar spiċċaw mingħajr ilma, filwaqt li 24,000 dwar oħra spiċċaw mingħajr elettriku. Dan qed iqajjem inkwiet għaż-żoni fit-Tramuntana tal-pajjiż hekk kif it-temperaturi qed jiksħu.

L-ikbar impatt seħħ f’Fukushima fejn mietu 25 persuna, inkluż omm u wild li nqabdu fl-għargħar. Hemm wild ieħor tal-istess omm li għadu nieqes. Il-maġġorparti tal-persuni mejta f’Fukushima huma anzjani.