Jitla’ għal 18 in-numru ta’ vittmi tal-binja li ġġarrfet fil-Kambodja

Reuters

18-il persuna mietet meta binja li kienet qed tinbena fil-Kambodja ġġarrfet ilbieraħ, meta l-ħaddiema kienu reqdin ġewwa. Tal-inqas 24 persuna ndarbu, u xi ħaddiema nqabdu ġewwa.

L-istruttura ta’ seba’ sulari tal-ħadid u l-konkrit fil-belt Sihanoukville, kienet proġett ta’ sidien Ċiniżi.

Aġġornata: Ritratti: 7 mejta u diversi maqbuda wara li ġġarrfet binja ta’ 7 sulari fil-Kambodja

Kelliem għall-kumpanija qal li qed jibżgħu jċaqalqu l-istruttura għax jaf tkompli tiġġarraf fuq ħaddiema li jista’ jkun għadhom taħtha. Għalhekk, huma kienu qegħdin jistennew biex forsi jaraw sinjali ta’ ħajja. Minkejja dan, 40% tat-terrapien tneħħa.