Jitla’ fuq l-ajruplan mal-bagalji imma jaqa’ u jmut qabel jinżel l-art

Passiġġier li daħal b’mod klandestin fuq ajruplan, fit-taqsima tal-bagalji, miet wara li qabeż mill-ajruplan tal-British Airways hu u nieżel fl-ajruport ta’ Heathrow.
Ir-raġel tela’ mal-bagalji minn Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel, u vvjaġġa kważi 13,000 kilometru meta qabeż biex ma jinqabadx imma minflok, waqa’ fuq bini f’Richmond u miet.
Raġel ieħor li kien miegħu, irnexxielu jibqa’ ħaj minkejja li vvjaġġa f’qagħda estrema u jinsab f’kundizzjoni gravi fl-isptar.